{

“Il-bniedem modern jisma’ iżjed bil-qalb lix-xhieda milli lill-għalliema, u jekk jisma’ lill-għalliema, dan jagħmlu għaliex huma xhieda”.  Pawlu VI, Evangelii Nuntiandi

}
Is-60 anniversarju mill-mewt tal-Fundatur

Is-60 anniversarju mill-mewt tal-Fundatur

Fl-okkażjoni tas-60 anniversarju mill-mewt San Ġorġ Preca, fis-26 ta’ Lulju 2022, il-Kappella ta’ Sidtna Marija tal-Midalja Mirakoluża infetħet għal ħinijiet itwal. Dan ta’ ċans lil bosta devoti li jżuru u jitolbu fis-skiet quddiem il-fdalijiet tal-Fundatur. L-oqsma tal-Fgura u ta’ Ħaż-Żabbar organizzaw żewġ pellegrinaġġi għall-Kappella. Il-membri u l-kandidati taż-żewġ Sezzjonijiet iltaqgħu nhar l-Erbgħa 27 ta’ Lulju għal Laqgħa Ġenerali ċelebrattiva li saret fl-Iskola St Michael.

Paradiso 2022: Esperjenza għaż-Żgħażagħ (Polonja)

Paradiso 2022: Esperjenza għaż-Żgħażagħ (Polonja)

Mit-28 ta’ Ġunju sat-2 ta’ Lulju, il-grupp taż-żgħażagħ li jattendi l-qasam ta’ Poznan ħa sehem f’festival ta’ ħames t’iiem għaż-żgħażagħ organizzat mill-Arċidjoċesi ta’ Poznan. Il-festival Paradiso sar f’ Góstyn, fil-post imsejjaħ Święty Gory (L-Għolja Qaddisa). Il-laqgħat ta’ filgħodu kienu ddedikati għat-talb tal-liturġija u laqgħat ta’ katekeżi. Il-quddies kien animat b’mod ferrieħ b’kant ta’ tifħir mill-Jordan Choir and Orchestra. Wara nofsinhar kien ikun hemm qsim ta’ ideat fi gruppi u ħafna workshops ta’ kreattività fl-isport, fl-artiġġjanat u fl-arti.
LIVE-IN (PERU)

LIVE-IN (PERU)

Bejn it-18 u l-20 ta’ Marzu il-grupp ta’ kandidati u membri tal-Qasam ta’ Julio C Tello (Peru), 11 b’kollox, inġabru flimkien fil-qasam ta’ San Pedro de Carabayllo (fil-Peru). L-għan ta’ dan il-live- in kien li jissaħħaħ il-grupp tal-assenjatur, li issa jinkludi wkoll kandidati ġodda ta’ eta iżgħar. Il- live-in kien jinkludi mumenti ta’ talb u qsim ta’ riflessjonijiet flimkien uoffra wkoll l-opportunita lill-parteċipanti li jsiru jafu lit-tfal u l-adolexxenti li jiltaqgħu fil-qasam ta’ Carabayllo.

ĊERIMONJA TAL-MAGĦŻULIN (PERU)

ĊERIMONJA TAL-MAGĦŻULIN (PERU)

Il-Ħamis 10 ta’ Marzu il-qasam ta’ Julio C Tello (f’Lurin, il-Peru) iċċelebra id-dsatax-il sena mill-bidu tiegħu. Dakinhar saret iċ-Ċerimonja lil 9 Magħżulin. Il-biċċa l-kbira minnhom għandhom minn ħmistax-il sena ’l fuq. Kellha ssirilhom iċ-Ċerimonja fl-2020 imma l-attivita fil-qasam kellha tieqaf ħabta u sabta minħabba l-pandemija. Attendew il-ġenituri ta’ dawn il-Magħżulin li esprimew il-ferħ u l-apprezzament tagħhom għal dak li s-Soċjetà tagħmel ma’ wliedhom. Kien hemm preżenti wkoll xi membri assoċjati.


Username:  
Password:
  Cancel