![]() |
![]() |
![]() |
|
|||||||||
|
San GORG PRECA (1880 - 1962) Fundatur tas-Socjeta' tad-Duttrina Nisranija Malti |
||||||||||
|
Dun Gorg twieled fil-Belt Valletta,
nhar it-12 ta' Frar 1880. Ircieva trobbija nisranija minghand il-genituri
tieghu. L-istudji tieghu ghamilhom fil-Liceo u fis-Seminarju. Kien ta'
sahha fragli, tant li meta kien djaknu marad serjament u t-tabib tieghu
ma kellu ebda fiducja li jfiq. |
||||||||||
|
Dan il-hsieb kellu jsehh xorta ohra. Dun Gorg beda jifforma hu stess grupp ta' zaghzagh biex ikunu kapaci jghallmu lill-ohrajn. Xehet attenzjoni specjali fuq daqxejn ta' zaghzugh jahdem it-Tarzna, is-Serv t'Alla Ewgenju 'Gegè Borg', u kien jiehdu ghalih wahdu biex jghallmu u jfissirlu l-hajja ta' Gesu Kristu skond l-Evangelju ta' San Gwann. Gegè kellu jkun l-ewwel Superjur Generali tas-Socjeta ta' Dun Gorg. Is-Socjeta rat il-bidu taghha fl-ewwel xhur ta' l-1907, fil-Hamrun, f'post fqir minn kollox izda ghani fl-imhabba ta' l-ahwa u t-taghlim. Is-Socjeta tad-Duttrina Nisranija hi maghrufa l-aktar bil-motto taghha, M.U.S.E.U.M. -- Magister Utinam Sequator Evangelium Universus Mundus: Mghallem, mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evangelju! Mhux kullhadd fehem mill-ewwel x'ried jghamel Dun Gorg. Kien hemm min fehemu hazin. Il-Bibbja u t-teologija f'idejn lajci haddiema kienet haga gdida. U kienet wisq aktar gdida li dawn il-lajci johorgu git-toroq u l-pjazez ixandru l-Kelma ta' Alla lil kulhadd. Wara 25 sena l-Isqof ta' Malta approva r-Regola u s-Socjeta ta Dun Gorg. |
![]() |
Id-Djar ghat-taghlim nisrani bdew jifthu wahda wara l-ohra fil-parrocci. Inhass il-bzonn kbir ta' l-edukazzjoni religjuza tal-poplu ghax il-hajja nisranija tal-kotra kienet mibnija fuq is-sagramenti u s-devozzjonijiet bla ma kien hemm gheruq sodi fit-taghlim ial-Knisja. It-tfal bdew jigu kuljum fid-Djar ta' Dun Gorg ghax hemm sabu nies dedikati li jghinuhom jikbru, mhux biss fil-hinijiet tat-taghlim izda wkoll waqt il-loghob.
|
![]() |
Sa mill-bidu nett, Dun Gorg obbliga lill-katekisti celibi tal-Ghaqda tieghu li kuljum, wara li jkunu temmew jghallmu liz-zghar u lill-kbar, jiltaqghu flimkien ghal siegha ta' formazzjoni. Ma qaghadx lura milli jghallem bil-kitba. Minkejja l-kwistjoni li kien hawn f'Malta bejn it-Taljan u l-Ingliz, Dun Gorg ghallem u kiteb bil-Malti, il-lingwa tal-poplu, biex zgur kulhadd jifhem. Il-Publikazzjonijiet tieghu, bejn kotba u fuljetti, ilahhqu mal-150. It-talb tieghu, li minnu waslilna hafna u fuq bosta suggetti, jikxef li Dun Gorg kien ruh mistika medhija tfittex lil Alla biss. Mhux ta' b'xejn li kien konfessur imfittex hafna ghall-pariri, u jidher li Alla sahansitra nqeda bih biex ta' l-fejqan lil xi uhud. |
| Il-karizma tieghu li jghallem ghadha hajja u l-vokazzjonijiet fis-Socjeta tieghu dejjem jizdiedu. Fi zmienu, Dun Gorg innifsu baghat sitt membri biex jevangelizzaw fl-Awstralja. Bhalissa s-Socjeta tal-M.U.S.E.U.M. ghandha wkoll Djar tat-taghlim u Skejjel fis-Sudan, fil-Kenja, fil-Peru, f'Londra u fl-Albanija. Dun Gorg miet f'Santa Venera, fejn qatta l-ahhar xhur ta' hajtu, fis-26 ta' Lulju 1962. Il-fdal tieghu jinsab midfun fil-kripta tad-Dar Generali tas-Socjeta fil-Blata l-Bajda. Il-Kawza ta Beatifikazzjoni tieghu giet mibdija fl-1975. Dun Gorg kien iddikjarat Beatu fid-9 ta' Mejju 2001 mill-Papa Gwanni Pawlu II waqt quddiesa ta Beatifikazzjoni fuq il-Fosos tal-Furjana, Malta. Huwa kien ikkanonizzat mill-Papa Benedittu XVI nhar il-Hadd 3 ta' Gunju 2007 waqt quddiesa ta' Kanonizzazzjoni gewwa il-Vatican. Nitolbu lil Alla bl-intercessjoni ta San Gorg Preca.
|
![]() |
|
Jekk ikollok bzonn aktar informazzjoni, jekk jghogbok ikkontattja :- Is-Segretarju Generali MUSEUM Tel: 21 248671 Fax: 21 248668 E-mail : secretary@sdcmuseum.org |
||
the Society - Fr.George Preca - Eugene Borg - Centres - Guestbook - Reflection - Activites - Members - Contacts